Dħul

Aħna ta’ EDU Medical dedikati li nassiguraw li l-awqa kandidati jkollhom l-opportunità li jitgħallmu l-mediċina.

 Il-Proċess tal-Applikazzjoni: Verament Faċli

Grazzi ta’ l-interess tiegħek f’EDU Medical! Il-proċess ta’ l-applikazzjoni huwa maqsum fi tliet stadji u jinkludi miżata ta’ €50 li tiġi imnaqqsa mill-ewwel pagament la darba l-applikant jiġi aċċettat bħala student. Il-proċess jinkludi test ta’ l-abbiltà konjittiva li jsir bi sħab ma’ ITB Consulting u intervista li ssir online. Il-proċess rigoruż tagħna jwassalna biex insiru nafuk aħjar, nisimgħu l-istorja tiegħek u nitgħallmu fuq dawk l-affarijiet li jagħmluk uniku. Dan ikun iċ-ċans tiegħek biex taqsam magħna l-esperjenzi tiegħek fil-qasam tal-mediċina u tgħina nifhmu l-abbiltajiet, l-ambizzjonijiet kif ukoll l-aspirazzjonijiet li inti għandek. Bl-istess mod aħna nintroduċu lilna nfusna biex inti tkun tista’ issir tafna. Permezz ta’ dan il-proċess inklussiv u personalizzat aħna nkunu nistgħu nibnu komunità b’saħħitha li hija karatteristika tal-esperjenza ta’ l-istudent f’EDU.

L-1 Pass
L-Applikazzjoni

L-ewwel pass jikkonsisti fil-mili tal-formola tal-applikazzjoni onlajn tagħna; kwestjonarju bijografiku sempliċi li jippermetti li nikkonfermaw li tissodisfa l-kriterji formali għad-dħul f'istituzzjoni ta' tagħlim superjuri. Int ser ikollok l-opportunità li ttella' varjetà ta' dokumenti meħtieġa, u t-tim tad-dħul tagħna se jkun kuntent li personalment jiggwidawk permezz ta' dan il-proċess.

 

Qabel ma tapplika: jekk jogħġbok iffamiljarizza ruħek mal-linji gwida tal-applikazzjoni u d-dokumenti meħtieġa.

It-2 Pass
Test Onlajn

It-tieni pass jikkonsisti minn test f'żewġ partijiet sempliċi onlajn. L-ewwel parti hija simili għal format SSAT, SAT u / jew GMAT, iżda tiffoka primarjament fuq l-evalwazzjoni tal-ħiliet konjittivi. It- tieni parti tikkonsisti fi sfida, fejn l-applikanti huma inkarigati jsolvu problema f'kuntest mediku. Dan il-proċess jiżgura t-tim tad-dħul tagħna jista' jivvaluta l-applikazzjonijiet kollha fuq kriterji oġġettivi, li jiggarantixxu esperjenza ġusta u ekwa għall-applikanti kollha.

It-3 Pass
Konferenza b’Vidjow

It-tielet pass huwa l-aktar pjaċevoli u huwa l-favorit tagħna, għax huwa meta finalment naslu biex "niltaqgħu" miegħek permezz ta' diskussjoni f’konferenza bil-vidjow! Fl-istess ħin tkun l-opportunità li nintroduċu lilna nfusna, biex b’hekk tkun tista' ssir tafna daqsxejn aħjar ukoll. Irridu nisimgħu l-istorja personali tiegħek u dwar l-esperjenza tiegħek fid-dinja tal-mediċina. Għidilna dwar il-ħiliet tiegħek, il-ħolm tiegħek u l-aspirazzjonijiet tal-karriera tiegħek. M'hemm l-ebda limitu ta' żmien għal dan il-proċess lanqas, għalhekk ejja ħa nimxu miegħek, u mal-pass tiegħek u ngawdu din l-esperjenza ta’ tagħlim flimkien.

Dan iċ-chat huwa t-tielet u l-aħħar pass meħtieġ minnkom bħala applikant. Il-bqija huwa f'idejn it-tim tad-dħul tagħna.
*Jekk jogħġbok innota li din is-sejħa hija mmexxija bl-Ingliż.

BAĊĊELLERAT TAL-MEDIĊINA – SKADENZA TAL-APPLIKAZZJONI 18 TA’ AWWISSU 2019

  L-ebda NC – Ammissjonijiet ibbażati fuq ħiliet u abbiltà akkademika

  Tgħallem b'mod flessibbli onlajn minn esperti u prattikanti mediċi ta' klassi dinjija

  Akkwista mill-bidu nett esperjenza prattika, fl-isptarijiet tat-tagħlim Ġermaniżi

  Tgħallem fi gruppi żgħar b’appoġġ ta’ kuljum minn tutur u mentor

  Ipprepara għad-dinja reali permezz ta’ kurrikulu bbażat fuq il-problemi

  Akkwista 180 punti ECTS, u ggradwa b’Baċellerat Fil-Mediċina

Għandek xi mistoqsijiet? Ikkuntatjana!

Linji Gwida Ġenerali għall-Applikazzjoni

Fassalna proċess ta'applikazzjoni li huwa sempliċi, inklussiv u personali kemm jista' jkun. Il-konsultazzjoni tal-linji gwida tal-applikazzjoni t'hawn taħt tgħinek tipprepara għall-applikazzjoni tiegħek.

L-applikant ideali huwa iktar minn sempliċiment li jkollu il-marki tajbin. Aħna nemmnu li l-komunikazzjoni, l-empatija u l-abbiltajiet soċjali huma aktar importanti mill-abbiltajiet konjittivi, speċjalment fil-qasam tal-mediċina. Huwa għalhekk li l-proċess tal-applikazzjoni jirrifletti l-interessi u l-valuri tagħna minn kull aspett. Jekk jogħġbok aqra sew l-informazzjoni qabel tibda bil-proċess ta’ l-applikazzjoni.

Prerekwiżiti

  Ingliż - kompetenza sħiħa 1

  Ġermaniż - livell B2 2

  Edukazzjoni Sekondarja - ċertifikat meħtieġ 3

  Esperjenza fil-Qasam Mediku - mhux obbligatorju 4

 

Jekk jogħġbok Innota li:

l-ilsien prinċipali għall-kampus onlajn tagħna, l-istruzzjoni tal-kors, u l-materjal tal-kors teoretiku kollu huwa l-Ingliż
2 l-applikanti għandhom ikunu profiċjenti fil-lingwa ewlenija tal-Isptar tat-Taħriġ fejn qed iwettqu r-rotazzjonijiet kliniċi tagħhom
3 ċertifikat tat-Tmiem tal-Iskola għandu juri l-korsijiet kollha mwettqa b’marka li turi li għaddejt
mhux obbligatorju, iżda ċertament li jkun milqugħ tajjeb u kkunsidrat

Dokumenti

  Ittra ta’ referenza
  Ċertifikat ta’ Tmiem l-Edukazzjoni Sekondarja
  Ċertifikat tal-Lingwa Ġermaniża 1
  Kopja skenjata ta' passaport validu jew ID maħruġ mill-gvern
  Ċertifikat ta' approvazzjoni mill-pulizija / ċertifikat ta' kondotta tajba

 

Jekk jogħġbok Innota li:

* id-dokumenti kollha mtella’ għandhom ikunu bl-Ingliż biex l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati
mhux obbligatorju għall-applikanti li huma nattivi bil-Ġermaniż jew li wettqu l-istudji formali tagħhom f'din il-lingwa

Skadenza Tal-Applikazzjonijet

L-istudenti jistgħu jibdew l-istudji tagħhom ma’ EDU fir-Rebbiegħa, fil-Ħarifa jew fix-Xitwa. Kull terminu jista’ jkollu sa żewġ gruppi. Dan ifisser li għat-terminu li jmiss fil-Ħarifa, l-istudenti jistgħu jibdew l-istudji tagħhom jew fl-aħħar ta’ Settembru jew fl-aħħar ta’ Ottubru. L-ewwel grupp jibda fit-16 ta’ Settembru 2019. Dettalji dwar it-tieni grupp tal-Ħarifa jiġu mogħtija aktar qrib id-data tal-iskadenza għall-Ħarifa, li hi fit-18 ta’ Awwissu 2019.

 

DATI TAL-BIDU TAT-TERMINU U TA’ SKADENZA LI JMISS

Terminu tal-Ħarifa:
Skadenza tal-applikazzjoni: 18 ta’ Awwissu 2019
Il-bidu tat-terminu: 16 ta’ Settembru 2019

 

Terminu tax-Xitwa:
Skadenza tal-applikazzjoni: 13 ta’ Ottubru 2019
Il-bidu tat-terminu: 25 ta’ Novembru 2019

 

Il-klassi tal-Ħarifa tal-Baċċellerat tal-Mediċina tibda f’Settembru 2019* Skadenza tal-applikazzjonijiet – 18 ta’ Awwissu, 2019**

*Jekk jogħġbok issottometti l-applikazzjoni malajr kemm jista’ sabiex inkunu nistgħu ngħinuk f’każ li jkun hemm xi ħaġa nieqsa.

**Applikazzjonijiet li ma jkunux kompluti u li jkunu viċin ħafna tad-data tal-iskadenza ma jiġux proċessati.

Ħlas u Tagħlim

L-Impenn Tagħna

Fl-EDU, irridu nattrattaw dawk li għandhom talent – mhux dawk l-aktar privileġġati. Dan ifisser li l-abilita` tiegħek li tħallas mhix parti mid-deċiżjoni ta’ l-ammissioni tiegħek. Aħna noffru kurrikulu rigoruż fil-programmi mediċi tagħna. Għalhekk, il-proċess tal-ammissjonijiet tagħna jimmira li jikkontesta l-ambizzjoni u t-talent tiegħek biex jiddetermina jekk intix kandidat adattat għal EDU Medical. Aħna impenjati li nappoġġjaw studenti b'talent u student ddedikat li huma passjonati li jistudjaw il-mediċina. B’konsiderazzjoni ta’ dan, aħna neliminaw kull ħaġa li ma tikkontribwixxix għall-esperjenza edukattiva tal-istudenti.

Sena Akkademika 2019 - 2020

Tagħlim annwali

Studenti fl-EDU jħallsu miżati ta’ tagħlim annwali. Il-ħlas tal-matrikola huwa ta’ 6.000€ pagabbli malli jiġi ffirmat il-kuntratt ta’ studju. Il-bilanċ tal-miżata għat-tagħlim li jifdal (13.500€) imbagħad jitħallas ġimgħatejn qabel il-bidu ta’ l-istudji ta’ l-istudent.

Ħlasijiet Addizzjonali

Hemm ukoll spejjeż addizzjonali għal kwalunkwe modulu li jiġi ripetut. Informazzjoni dwar dan hija disponibbli fir-Regolamenti dwar it-Tagħlim u l-Ħlasijiet, 2019.​

Ħlas ta’ tagħlim għal kul Trimestru

6.500€

Ħlas għall-Applikazzjoni

50€

Total għal kull Sena Akkademika
(3 Trimestri fis-sena)

19.500€

Għajnuna Finanzjarja

Parti mill-impenn tagħna hu li niżguraw li l-abbiltà li wieħed iħallas ma tirrestrinġix lill-istudenti milli jibdew l-istudji tagħhom ma’ EDU. Għalhekk żviluppajna diversi għażliet ta’ għajnuna finanzjarja biex nappoġġjaw student eliġibbli fl-istudji tagħhom.

Borża ta’ Studju tal-EDU

Il-borża ta’ studju tal-EDU hija għajnuna finanzjarja ibbażata fuq il-prestazzjoni u il-bżonnijiet tal-individwu li tiġi provduta lill min jissodisfa ir-rekwiżiti meħtieġa. Din tiġi allokata sena wara sena. L-istudenti għandhom japplikaw għal borża ta’ studju tal-EDU kull sena.

Skema ta’ Self għall-istudenti

L-istudenti tal-EDU jistgħu japplikaw biex jirċievu self li jkopri sa 80% tal-miżati fis-sena. Din tiġi allokata sena wara sena. Wara li jispiċċaw l-istudji tagħhom l-istudenti huma mistennija li jħallsu lura s-self.*

Għal aktar tagħrif u informazzjoni dwar il-Borża ta’ Studju jew l-iskema ta’ self, għamel kuntatt ma’ EDU Admissions Team.

*Termini u kundizzjonijiet japplikaw

Kandidati li jikklassifikaw fl-aqwa 20% wara li jiġi komplu il-proċess tal-ammissjonijiet. Ir-riżultat tal-proċess tal-ammissjonijiet tal-EDU huwa bbażat fuq taħlita ta' test u intervista.

Kull kandidat li jkun fl-aqwa 20% jirċievi l-borża ta' studju.Il-borża tfisser tnaqqis ta' 50% tal-miżata ta' tagħlim annwali.

Il-borża ta 'studju hija bbażata fuq il-prestazzjoni u tiġġedded awtomatikament kull sena sal-gradwazzjoni jekk inti tibqa’ tikklassifika ma’ l-aqwa 20% magħtul l-istudji tiegħek.

Kif jintemm il-proċess ta’ l-ammissjonijiet, inti tiġi ikkuntattjat mill-uffiċċju ta’ Student Affairs ta’ l-EDU dejjem jekk tkun ksibt b'suċċess il-borża ta ’studju bbażata fuq il-mertu għall-ewwel sena akkademika tiegħek.

Studenti li jiġu ma’ l-aqwa 20% u li jkollhom bżonn għajnuna finanzjarja huma eliġibli li japplikaw għal din il-borża ta’ studju.

EDU tuża id-‘Distributed Allocation Approach’ biex tqassam il-fondi tal-borża skond il-ħtieġa.

Id-‘Distributed Allocation Approach’ tippermetti li il-borża tingħata lill-istudenti skond il-bżonn u lil dawk li juru l-prestazzjoni meħtieġa.

Studenti li għandhom bżonn l-għajnuna biex iħallsu l-miżati u li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni tad-dħul, jistgħu japplikaw għall-iskema ta’ self mill-EDU.

Studenti prospettivi għandhom jikkuntattjaw lill-EDU Admissions Team għal aktar informazzjoni.

Studenti prospettivi għandhom japplikaw għall-għajnuna finanzjarja hekk kif jiġi kkonfermat posthom mal-EDU. EDU Admissions Team huma dejjem disponibbli biex joffru informazzjoni lil studenti prospettivi fuq l-applikazzjonijiet u l-għajnuna finanzjarja tal-EDU. Biex jkunu kkunsidrati għall-għajnuna finanzjarja, l-istudenti għandhom jissottomettu id-dokumenti msemmija hawn taħt:

  • Dikjarazzjoni tad-dħul tal-benefiċjarju (ġenituri/konjuġi)
  • L-iktar dikjarazzjoni tat-taxxa tal-benefiċjarju riċenti (ġenituri/konjuġi)
  • Dikjarazzjoni tad-dħul tal-istudent
  • L-iktar dikjarazzjoni tat-taxxa tal-isudent riċenti

Għajnuna Finanzjarja Addizzjonali

Jekk inti tiġi aċċettat mill-EDU u tissodisfa r-rekwiżiti meħtieġa aħna niżguraw li insibu soluzzjoni għall-għajnuna finanzjarja li tkun adattata għal ħtiġijiet tiegħek.

Il-Kalendarju Akkademiku

Is-sena akkademika fl-EDU hija strutturata madwar Moduli tat-Tagħlim. Kull modulu jikkonsisti f'erba' elementi:

 

  1. L-ewwel tmien ġimgħat ta' modulu jirrappreżentaw il-fażi ta' tagħlim onlajn li matulu l-istudenti jitgħallmu l-bażijiet teoretiċi tal-modulu inkwistjoni.
  2. Din hija segwita minn ġimgħa fless, ("ġimgħa flessibbli") li matulu l-istudenti għandhom biss jagħmlu eżami wieħed. Dan jagħti lill-istudenti l-opportunità li jivvjaġġaw lejn is-sit tar-rotazzjoni klinika sussegwenti.
  3. It-tielet parti ta' kull modulu, ir-rotazzjoni klinika fi sptar tat-tagħlim, tikkonsisti f'erba' ġimgħat ta' taħriġ prattiku.
  4. Ġimgħa oħra flessibbli fl-aħħar ta' kull modulu tippermetti r-ripetizzjoni tal-eżamijiet, u li l-istudenti jivvjaġġaw lura lejn il-post tar-residenza tagħhom. Kull modulu għalhekk idum 14-il ġimgħa.

 

Tliet moduli, 14-il ġimgħa kull wieħed: Dan iħalli għaxar ġimgħat għall-waqfiet tas-sajf u tax-xitwa. Il-waqfa tas-sajf għandha tkun ta' madwar tmien ġimgħat, waqfa fix-xitwa ta’ madwar ġimgħatejn, skond is-sena kalendarja. Għal raġunijiet organizzattivi interni fl-EDU, il-perjodi tal-vaganzi huma stabbiliti u se jkunu fil-firxa tal-ġimgħat kalendarji 26 sa 37. Il-ġimgħa kalendarja 52, jiġifieri l-aħħar ġimgħa tas-sena, hija maħsuba bħala waqfa għall-vaganzi għall-istudenti kollha. Dan japplika wkoll għall-ewwel ġimgħa kalendarja ta' kull sena ġdida.

Kodiċi ta’ Kondotta / Statuti u Liġijiet Amministrattivi

Aħna ninsabu tant kburin bl-atmosfera pożittiva li tiddefinixxi l-esperjenza tal-EDU. Fil-fatt, narawha bħala entità sagra fiha nnifisha. Aħna dejjem żammejna livelli għoljin fost l-edukaturi u nistennew l-istess mill-komunità tal-istudenti tagħna. L-ispirtu tal-komunità tagħna huwa definit bl-elementi ta’ responsabbiltà, rispett, apprezzament u appoġġ. L-istatuti u r-regolamenti mdaħħla fil-Kodiċi ta’ Kondotta tagħna jippermettu din il-fiduċja u jfakkruna fir-responsabbiltà ta’ kull wieħed u waħda minna, li nipproteġu kull membru tal-komunità tagħna.

 

B'dan l-għan f'moħħna, aħna impenjati li nissanzjonaw individwi li jiksru r-regoli u regolamenti, sa u inkluż, it-tkeċċija mill-programm.

 

Kwalunkwe tip ta’ mġieba jew azzjoni negattiva mwettqa, inkluża imma mhux limitata għal: imġieba ħażina fir-riċerka u f’attivitajiet akkademiċi; imġieba sesswali mhux xierqa, inkluż fastidju sesswali bejn is-sessi u vjolenza sesswali, vjolenza domestika bejn koppja; insegwiment malizzjuż u bbuljar – mhumiex aċċettati. Biex jiċċertifikaw il-fehim tagħhom tal-Kodiċi ta’ Kondotta tal-EDU, l-istudenti huma meħtieġa jissottomettu kopja ffirmata tal-Kodiċi ta’ Kondotta tal-EDU, mal-iskrizzjoni. L-istudenti huma responsabbli biex jagħmlu użu mir-riżorsi disponibbli biex iżommu standards etiċi għoljin.

 

Il-ħajja virtwali tal-kampus tiffjorixxi meta l-komunità tkun f'armonija mal-valuri tas-sens komun tagħna. Ir-riżultat huwa atmosfera sikura, inklussiva, li tissawwar fit-tagħlim u l-ħidma kollaborattiva.

 

Il-Manwal tal-Istudenti, li huwa disponibbli biex jitniżżel hawn taħt, fih deskrizzjoni kompluta tal-punti hawn taħt:

 

• linji gwida għal prattika akkademika tajba

• prinċipji ta' mġieba personali

• standards għall-istudju f'ambjenti diġitali

 

L-istudenti huma mħeġġa biex jiffamiljarizzaw ruħhom mal-Istatuti u l-liġijiet amministrattivi tagħna, disponibbli biex jitniżżlu hawn taħt.

Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ħossok liberu li tniżżel il-Manwal tal-Istudenti (bl-Ingliż).

Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ħossok liberu li tniżżel l-iStatuti u Liġijiet Amministrattivi (bl-Ingliż).

Programm tal-Baċellerat tal-Mediċina

APPLIKA ISSA U IBDA F’ SETTEMBRU 2019 - FADAL FTIT POSTIJIET BISS!

  L-ebda NC – Ammissjonijiet ibbażati fuq ħiliet u abbiltà akkademika

  Tgħallem b'mod flessibbli onlajn minn esperti u prattikanti mediċi ta' klassi dinjija

Akkwista mill-bidu nett esperjenza prattika, fl-isptarijiet tat-tagħlim Ġermaniżi

Tgħallem fi gruppi żgħar b’appoġġ ta’ kuljum minn tutur u mentor