L-Esperjenza ta’ Tagħlim

L-istudenti tal-EDU jesperjenzaw edukazzjoni diġitali tas-seklu 21 li jgħaqqad tagħlim kollaborattiv u awtodirett ma’ mentoring personali u b’enfasi fuq l-esperjenza prattika.

Edukazzjoni Diġitali għas-seklu 21

Allura, x’inhi l-esperjenza ta’ tagħlim fi ħdan l-EDU? Qabelxejn, hija kollha DWAREK. Hija dwar kull wieħed u waħda mill-istudenti tagħna, u trawwem komunità inklussiva li tqisek għall-uniċità tiegħek. Hija dwar l-inkoraġġiment ta’ skambju miftuħ u kostruttiv. Hija dwar il-ħidma f'tim, il-komunikazzjoni, l-irbit u t-tagħlim fost l-imsieħba. Hija dwar il-kurżità u t-trawwim t’għatx għat-tagħlim tul il-ħajja, u b'mod kruċjali, hija dwar kif tgħinek tirnexxi permezz tas-sistemi tagħna minsuġa għall-appoġġ, mentoring u tuturi. Dan minħabba l-fatt li l-edukazzjoni tas-seklu 21 hija maħluqa mill-partijiet interessati kollha fil-komunità tal-EDU.

Iżda hija wkoll dwar it-tagħlim awtodirett, fejn għandek l-opportunità li tfassal l-iskeda tiegħek stess, u tiddefinixxi l-esperjenza edukattiva tiegħek stess. Il-pjattaforma onlajn tagħna tagħmel l-aspetti teoretiċi u ta’ gradazzjoni tal-edukazzjoni tiegħek kompletament portabbli, sabiex tista’ tistudja minn kwalunkwe post b'konnessjoni tal-internet. Ikollok ukoll aċċess għal-librerija interattiva u estensiva tagħna, ikollok esperjenzi ta’ kmamar virtwali u postijiet tax-xogħol kollaborattivi fejn int u sħabek tistgħu tikkomunikaw f'ħin reali. L-istadji prattiċi u tal-idejn biss, se jeħtieġu l-preżenza tiegħek f'post u f’ħin predefiniti.

GĦALIEX L-ESPERJENZA TA’ TAGĦLIM FI ĦDAN L-EDU HIJA UNIKA U EFFIKAĊI

  Kampus Onlajn - il-pjattaforma diġitali tfisser edukazzjoni flessibbli

  Rotazzjoni Klinika - ≈ 1:1 rotazzjoni klinika ta’ student għal tabib mill-ewwel modulu

  Tagħlim ibbażat fuq Problemi Kollaborattivi – kreattività u effiċjenza f’soluzzjonijiet għall- problemi kollaborattivi

   Gradazzjoni ibbażata fuq Rispons - nimxu 'l hemm minn "ittestjar" u favur it-tagħlim

  Ħidma f’Tim - skambju ta’ ideat, f’rispons kostruttiv, u ħidma kollaborattiva

  Appoġġ għall-istudenti - ta’ kuljum tuturi u mentors esperti jipprovdu appoġġ personalizzat

  Tagħlim Demokratiku - jinkoraġġixxi u jrawwem għatx għat-tagħlim tul il-ħajja

Il-Kampanja Onlajn tal-EDU: Daqqa t’Għajn

Fil-qalba tal-esperjenza ta’ tagħlim fi ħdan l-EDU, tinstab il-pjattaforma innovattiva ta’ tagħlim onlajn, jew kif insejħuha aħna, il-Kampus Diġitali tagħna. Bl-integrazzjoni tal-aktar żviluppi reċenti fl-edukazzjoni teknoloġika, il-Kampus Diġitali sar mezz biex l-istudent ikun dejjem imqabbad b’mod li t-tagħlim jiġi bbażat madwar l-istudent u fuq esperjenza ta’ tagħlim fil-kommunità. Ir-riżultat? Ambjent ta’ involviment li jistimula tagħlim awtodirett, kollaborazzjoni fost pari, u l-għodod li għandek bżonn biex tirnexxi.

i. Librerija Interattiva
Riżorsi akkademiċi estensivi fil-forma ta’ vidjows, qari u ħoloq

 

ii. Parteċipazzjoni f’ħin reali
Komunikazzjoni f'ħin reali mal-membri kollha tal-komunità

 

iii. Spazji għax-xogħol kollaborattiv
Spazju għall-membri tat-tim biex jaħdmu fuq is-sottomissjonijiet tagħhom permezz ta’ midja u dokumenti

iv. Klassijiet Virtwali
Vidjow-konferenzi f'ħin reali biex jiddiskutu kompiti u materjal għat-tagħlim fost l-għalliema u tims

 

v. Kultura tal-logħob (Gamification)
Elementi tad-disinn tal-logħob biex jimmotivaw u jinvolvu l-istudenti

 

vi. eGradazzjoni
Gradazzjoni bbażata fuq rispons u msejsa fuq l-istudent minflok evalwazzjoni fir-rigward ta’ riżultati t’oħrajn

Il-Komunità ta’ Tagħlim

B'enfasi fuq tagħlim ibbażat fuq ħidma fi gruppi, rispons fost il-pari, kollaborazzjoni fis- soluzzjonijiet ta’ problemi kollaborattivi u appoġġ mill-qrib minn tuturi u mentors, l-EDU hija komunità ta' tagħlim.

Tagħlim ibbażat fuq ħidma f'tim = Involviment

Meta studenti minn sfondi diversi jingħaqdu flimkien biex jimxu lejn għan komuni, huma jinteraġixxu, jaqsmu l-ideat, u jikkollaboraw. Meta jitgħallmu bħala tim u mingħand xulxin, tittrawwem rabta kbira. Dan l-impenn isaħħaħ ir-rabta unika u s-sens ta’ komunità sinonima mal-filosifija u l-esperjenza ta’ tagħlim fi ħdan l-EDU.

 

Rispons u Interazzjoni bejn il-Pari

Is-sistema hija mfassla biex tgħaqqad il-pari u tibni identità ta’ grupp kemm fi ħdan tims kif ukoll bejn it-tims, parteċipanti individwali u staff professjonali. Minbarra l-interazzjoni tal-istudenti fi ħdan it-tims tagħhom stess, hija l-interazzjoni fost it-tims, u bejn tim u ieħor li jgħaqqad il-komunità tal-EDU.

Soluzzjoni Kollaborattiva ta' Problemi (CBS)

Il-kunċett edukattiv tal-EDU jgħaqqad kemm proġetti kif ukoll it-tagħlim ibbażat fuq problemi kolaborattivi. Din l-istruttura ċiklika hija mfassla biex timita l-kumplessità tal-kwistjonijiet tad-dinja reali.

Dan il-proċess immersiv mhux biss jippermetti lill-istudenti biex iżommu l-għarfien li jakkwistaw b'mod aktar effettiv, imma wkoll iħejjihom bil-ħiliet meħtieġa biex jinnavigaw b'mod effettiv l-isfidi tal-ħajja reali.

 

  ħidma fi gruppi     fehim ta’ data ta’ għeluq   identifikazzjoni ta’ problemi
 tfassil ta’ soluzzjonijiet kollaborazzjoni fit-twettiq   rappurtar tar-riżultati
  tagħti / tirċievi rispons b'mod effettiv   responsabbiltà lejk u lejn it-tim

Appoġġ Personalizzat Minn Mentors u Tuturi

Mhux biss l-individwi imma t-tims ukoll jiġu appoġġjati minn mentors personali u staff akkademiku mħarreġ attaposta - mill-applikazzjoni, sal-gradwazzjoni. Din l-għajnuna kontinwa tikkontribwixxi element uman addizzjonali għall-programmi onlajn tagħna, u ssaħħaħ l-esperjenza ta’ skambju ta’ tagħlim appoġġjata mill-komunità tal-EDU.

 

Gwida u Ispirazzjoni minn Esperti

M'hemm xejn aktar effettiv fid-dinja tal-edukazzjoni għajr tagħlim minn, ma’, u fost esperti fl-oqsma tagħhom. Il-programmi tagħna għandhom mexxejja tal-ħsieb li jikkontribwixxu għall-esperjenzi tal-istudenti permezz ta' lekċers ewlenin, ħafna drabi b’mod dirett, permezz ta’ diskussjonijiet. Ir-riżultat? Perspettivi miftuħa, ideat ġodda, u ispirazzjoni pura.

Tuturi jimxu miegħek

Ir-rwol tat-tuturi huwa li jappoġġja lill-istudenti billi jiggwidawhom u jakkumpanjawhom fl-istudji kemm individwalment kif ukoll fi ħdan il-gruppi ta’ studju tagħhom. It-tuturi huma gradwati fl-iskola medika u tobba mediċi huma stess. Jiżguraw li l-istudenti jkunu sejrin tajjeb u jirnexxu fil-programm. Jipprovdu appoġġ akkademiku, kif ukoll appoġġ relatat mat-tema, kompiti u riżorsi, rispons formali u gradazzjoni, u jipprovdu rispons dwar l-involviment tal-istudenti fil-fora.

Gwida mill-Mentors

Il-mentors jimxu id f’id mal-istudenti mill-bidu: mill-proċess ta’ dħul sal-gradwazzjoni. Il-missjoni tagħhom hija li jappoġġjaw l-iżvilupp personali u professjonali ta’ kull student u li flimkien jgħinuhom jegħlbu l-isfidi ta’ kuljum tal-ħajja akkademika. L-istudenti jirċievu għajnuna biex  jinnavigaw l-kampus diġitali sa għajnuna biex iżżommu ma’ skedi ta’ ħinijiet, kompiti u rekwiżiti. Saħansitra jirċievu għajnuna biex jżommu moral ogħli fuq livell ta’ individwi kif wkoll ta’ tims.

Superviżjoni Diretta

Nafu li l-esperjenza li l-istudenti jiksbu matul it-taħriġ prattiku tagħhom hija essenzjali għas-suċċess ġenerali fil-qasam tagħhom. Huwa għalhekk li l-programmi tagħna huma tant immersivi u mmexxija minn esperti, passjonati u ddedikati li jappoġġjaw lill-istudenti permezz tal-esperjenza tagħhom fit-tagħlim. L-istudenti tal-programm mediku tal-EDU jimxu id f’id mal-għalliema kliniċi tagħhom għal 4 ġimgħat għal kull modulu, jirċievu superviżjoni personali mill-viċin, gradazzjoni bbażata fuq il-post tal-prattika, u rispons personalizzata u imprezzabbli.

Programm tal-Baċellerat tal-Mediċina

APPLIKA ISSA U IBDA F’MARZU 2019 - FADAL FTIT POSTIJIET BISS!

  Dħul ibbażat fuq ħiliet, mhux gradi (no NC)

  Tgħallem b'mod flessibbli onlajn minn esperti u prattikanti mediċi ta' klassi dinjija

Akkwista mill-bidu nett esperjenza prattika, fl-isptarijiet tat-tagħlim Ġermaniżi

Tgħallem fi gruppi żgħar b’appoġġ ta’ kuljum minn tutur u mentor