L-għan tagħna ġewwa l-EDU hu li jkollna gradwati eċċellenti li mhux biss għandhom il-ħila fil-qasam, iżda din il-ħila tiġi riflessa wkoll fit-tmexxija, fl-empatija, u fil-kompassjoni. Fuq livell ideoloġiku, EDU tikkunsidra lilha nnifisha bħala istituzzjoni li hi soċjalment konxja, primarjament immirata li tindirizza kwistjonijiet globali permezz ta’ edukazzjoni li timxi fuq l-impatt. Permezz tal-estensjoni, għaldaqstant nimmiraw li l-istudenti tagħna jkunu soċjalment konxji u eċċellenti, ispirati b’għarfien fond tal-ekosistema tal-kura tas-saħħa tagħna.


Aħna nemmnu li l-aspirazzjonijiet tal-għarfien tal-individwu dwaru stess u l-eċċellenza jinkisbu permezz tal-istrateġija tal-assigurazzjoni fil-kwalità; niżguraw li l-istudenti tagħna jħossuhom issapportjati b’mod xieraq u għandhom aċċess għal kulma għandhom bżonn biex jirnexxu, nemmnu li b’riżultat t’hekk l-istudenti jistgħu jkunu l-aħjar persuna possibbli fl-ambjent ta’ tagħlim. B’dan il-mod, l-istrateġija tal-assigurazzjoni fil-kwalità tinvolvi forom kontinwi ta’ feedback u assessjar, kemm għalina u anki għall-istudenti tagħna.

Fl-istituzzjoni aħna nħeġġu kultura akkademika ta’ assiguranza ta’ kwalità li żżomm kull membru fit-tim li hu responsabbli għall-eċċellenza operattiva fit-tagħlim, u l-assessjar matul iċ-ċiklu kollu f’ħajja ta’ student. Monitoraġġ kontinwu ta’ riżultati ta’ tagħlim u progressjoni tal-istudent f’kull modul ta’ tagħlim iħallina noffru sapport ibbażat fuq l-evidenza, coaching, feedback, u gwida biex intejbu kull esperjenza ta’ tagħlim tal-istudent fuq livell individwali. Dan il-proċess hu mmexxi mill-mentors u mit-tuturi tagħna, kif ukoll mill-professjonisti kliniċi.

Assessjar Formattiv

L-assessjar formattiv iseħħ fi ħdan l-isptarijiet ta’ tagħlim u jikkonsisti f’Mini-Clinical Evaluation Exercise (Mini-Cex) u f’Direct Observation of Procedural Skills (DOPS) f’setting kliniku. Dawn it-testijiet ġew żviluppati biex kemm il-prattiku u anki l-ħiliet komunikattivi jistgħu jiġu ddemonstrati u ttestjati. Skont il-bażi tar-riżultati tagħhom, dawk li jagħmlu l-eżami jirċievu feedback strutturat u konstruttiv, sabiex l-istudent ikun jista’ jsib u jaħdem fuq xi diffikultajiet. Ir-riżultati jiġu mniżżla fil-portafoll tal-istudent, imma ma jingħatax grad b’kuntrast mat-testijiet tal-aħħar (summative tests).

L-Assessjar Summative

L-assessjar summative fl-EDU jsir lonġitudinali. Nemmnu li tagħbija ta’ testijiet fl-aħħar ta’ modul tkun kontroproduttiva u ttellef milli żżomm l-għarfien. Għalhekk, fl-aħħar ta’ modul, isir eżami onlajn għall-istudenti kollha, li mhux biss jeżamina għarfien fattwali imma wkoll iħarreġ lill-istudenti f’li tieħu deċiżjoni klinikali. Barra minn hekk, assenjamenti regolari fi grupp, esejs, kwiżżijiet bi tweġiba qasira, u attivitajiet individwali oħra, se jintużaw biex nieħdu idea tal-għarfien ta’ kull student. Bħall-assessjar formattiv, il-kandidati jirċievu feedback fuq kif marru fl-eżamijiet u l-assenjamenti li huma inkorporati fil-portafoll tal-istudent, biex b’hekk ikunu jistgħu jiddiskutu flimkien mal-mentor il-prestazzjoni.

Assessjar Ibbażat fuq Feedback

Minflok sempliċiment nittestjaw x’ġie mgħallem, aħna nemmnu li l-assessjar irid imexxi t-tagħlim. Biex inkunu nistgħu niksbu din, l-assessjar kollu ġewwa l-EDU huwa bbażati fuq feedback u jifforma l-pedament pedagoġiku tal-kurrikulu tal-EDU. Kemm l-istudenti kif ukoll l-instructors se jkunu jistgħu jipprovdu feedback lil xulxin fuq bażi kontinwa biex itejbu il-proċess ta’ tagħlim bi sħiħ u l-kurrikulu. Li tirċievi u tagħti feedback, barra minn hekk, huwa essenzjali jekk it-tobba futuri għandhom bżonn jikkollaboraw f’setting interprofessjonali, kif ukoll biex jikkomunikaw b’mod effettiv mal-pazjenti tagħhom. Għalhekk, l-istudenti jkunu mħarrġa biex jirċievi u jipprovdu feedback mill-bidu tal-istudji tagħhom permezz ta’ evalwazzjonijiet esperti, fost affarijiet oħra.