Fil-pass li jmiss, inti tiġi mitlub biex ittella’ dawn id-dokumenti li ġejjin:

  • Ċertifikat tat-Tluq tal-Edukazzjoni Sekondarja
  • Ittra ta’ Motivazzjoni
  • Scan ta’ passaport validu jew ID maħruġa mill-gvern
  • Kondotta tal-Pulizija/Ċertifikat ta’ Kondotta Tajba
  • Ċertifikat tal-Lingwa Ingliża (Din mhijiex obbligatorja għal min l-Ingliż hu l-ilsien nattiv tiegħu jew għamel l-istudji formali tiegħu f’din il-lingwa)
  • Ċertifikat tal-Lingwa Ġermaniża (Din mhijiex obbligatorja għal min il-Ġermaniż hu l-ilsien nattiv tiegħu jew għamel l-istudji formali tiegħu f’din il-lingwa)

 

Dawn l-iscans imsemmija hawn fuq jridu jittellgħu matul il-proċess tal-applikazzjoni u jiġu aċċettati esklussivament bil-lingwa Ingliża. Kun af li t-traduzzjonijiet iridu jkunu ċċertifikati. Jekk jogħġbok żomm f’moħħok li jekk tiġi mistieden għall-aħħar stadju tal-proċess tal-applikazzjoni, tintalab ukoll biex tibgħat l-applikazzjoni bil-posta, inkluż kopji fiżiċi ċċertifikati tad-dokumenti obbligatorji.

 

Jekk jogħġbok irrevedi l-lista t’hawn taħt ta’ sptarijiet ta’ tagħlim li jiffurmaw parti mill-akkreditazzjoni tal-Baċċellerat fil-Mediċina. Waqt li nagħmlu mill-aħjar li nistgħu biex nakkomodaw il-preferenzi tal-istudenti, dan mhux dejjem ikun possibbli.

 

  • Helios Klinikum Bad Saarow GmbH
  • Helios Klinikum Berlin-Buch GmbH
  • Helios Klinikum Erfurt GmbH
  • Helios Klinikum Hildesheim GmbH
  • Helios Klinikum Krefeld GmbH
  • Helios St. Elisabeth-Klinik Oberhausen GmbH
  • Helios Dr. Horst-Schmidt-Kliniken GmbH, Wiesbaden

 

Ladarba tkun sodisfatt bl-applikazzjoni tiegħek, tista’ tissottomettiha sabiex it-tim tad-dħul tal-EDU jkun jista’ jevalwaha. Sadattant, aħna nitolbuk biex tagħmel il-ħlas tal-proċess ta’ 180EUR. Dan il-ħlass jimmarka l-bidu li t-tim tad-dħul tal-EDU jkun jista’ jevalwa formalment l-applikazzjoni tiegħek.

Għal aktar informazzjoni fuq x’tistenna minn din il-fażi tal-proċess, kif ukoll il-linji gwida għall-applikazzjoni, jekk jogħġbok kun af aktar billi tara s-sezzjoni tal-mistoqsijiet li jistaqsew spiss (FAQ).

Jekk jogħġbok kun af li biex tittieħed deċiżjoni aħna ma niddiskriminawx età, sess, abiltà, jew etniċità; ninkoraġġixxu l-individwi interessati kollha biex japplikaw.