Imsieħba fl-iSptarijiet Mediċi għat-Tagħlim

Aħna kburin li nkunu msieħba ma’ sptarijiet għat-tagħlim li jissodisfaw l-ogħla standards ta' kwalità, u li jipprovdu tagħlim minn tim ta’ esperti għat-taħriġ prattiku waqt rotazzjonijiet kliniċi.

Ħarsa Ġenerali

EDU u Helios Kliniken; Sħab Kburin

Bħala l-ewwel istituzzjoni Ewropea diġitali ta’ edukazzjoni ogħla, aħna kburin li qed nniehdu l-programm innovattiv ta’ Baċellerat tal-Mediċina fil-Ġermanja, bi sħab ma’ Helios Kliniken. Din is-sħubija twassal l-impenn ewlieni tal-EDU li tissieħeb ma’ sptarijiet għat-tagħlim madwar id-dinja, li jissodisfaw l-ogħla standards ta’ kwalità, u li jipprovdu għalliema professjonali u esperti għat-taħriġ prattiku waqt rotazzjonijiet kliniċi. ‘Il quddiem nittamaw li nħabbru aktar sħubija billi nkomplu l-espansjoni tagħna madwar l-Ewropa, l-Afrika u l-Asja.

Helios Klinikum Bad Saarow GmbH

Schwanebecker Chaussee 50, 13125 Berlin, Germany

L-isptar Bad Saarow jinsab f’żona ta’ konservazzjoni madwar 70km lejn ix-xlokk ta’ Berlin. Aktar minn 126,000 pazjent jiġu kkurati ġewwa Helios Klinikum Bad Saarow, kull sena. L-ispeċjalisti jittrattaw pazjenti minn ħdan dixxiplini varji, speċjalment f’ċentri interdixxiplinarji. Il-Helios Klinikum Bad Saarow joffri 585 soddod f’17-il klinika, żewġ istituti, kamra ta’ emerġenza ċentrali u laboratorju ċentrali.

Helios Klinikum Berlin-Buch GmbH

Schwanebecker Chaussee 50, 13125 Berlin, Germany

Il-Helios Klinikum Berlin-Buch huwa wieħed mill-aktar sptarijiet kbar u moderni fir-reġjun. Kull sena, aktar minn 52,000 pazjent u aktar minn 144,000 outpatients jiġu ttrattati f’ċentri interdixxiplinarji bħal ċentru għall-kura tas-sider, ċentru għall-kura tal-musrana, ċentru perinatali, unità għall-puplesija u unità tal-Uġigħ fis-Sider. Il-klinika hija tripla ċċertifikata mis-Soċjetà Ġermaniża tal-Kanċer bħala ċentru onkoloġiku, u ċċertifikata mis-Soċjetà Ġermaniża tad-Dijabete.

Helios Klinikum Erfurt GmbH

Nordhäuser Str. 74, 99089 Erfurt, Germany

Il-Helios Klinikum Erfurt b’1,300 sodod, huwa l-akbar sptar fir-reġjun. B’aktar minn 30 qasam speċjalizzati li jvarjaw minn kirurġija ġenerali sa ċentru tal-kura għat-tfal maħruqa fi Thuringia. L-isptar joffri kura sħiħa għal nies minn Erfurt u ż-żoni tal-madwar. Barra minn hekk il-Helios Klinikum Erfurt huwa sptar ta’ kura massima u jaħdem ukoll bħala sptar għat-tagħlim akkademiku fl-Isptar tal-Università ta’ Jena.

Helios Klinikum Hildesheim GmbH

Senator-Braun-Allee 33, 31135 Hildesheim, Germany

Das Helios Klinikum Hildesheim ist in der Region Niedersachsen mit 566 Betten das größte Helios Krankenhaus in der Gegend. Hier werden jedes Jahr rund 26,000 Patienten stationär und 76,000 Patienten ambulant versorgt. Im Krankenhaus arbeiten Experten in verschiedensten zertifizierten Zentren wie zum Beispiel Brust-, Darm-, Hauttumor und Hautrauma Zentrum zusammen. Außerdem ist das Helios Klinikum Hildesheim das akademische Lehrkrankenhaus der Hochschule Hannover.