Waqt li hu diffiċli li wieħed isib tabib tajjeb, il-pazjenti faċli jirrikonoxxu tabib eċċellenti. Fl-EDU aħna naspiraw li l-istudenti tagħna jmorru lil hinn milli sempliċiment jgħaddu mill-assessjar meħtieġ; malli jiggradwaw, l-għan tagħna hu li l-istudenti jkunu l-aqwa u l-aħjar waqt li jkunu mexxejja soċjalment konxji fil-mediċina. Madankollu, li tikseb l-eċċellenza fil-mediċina umana tinkiseb biss minn tobba li jħaddnu bir-reqqa attributi notabbli ta’ kwalità. Dan il-programm jilqa’ applikanti li juru abbiltà li jiżviluppaw ħiliet li għandhom x’jaqsmu ma’ attributi tal-aqwa professjonisti mediċi kemm personali u anki professjonali.

Infasslu Mexxejja Fil-mediċina Umana

Aħna nagħżlu b’mod kawt dawk l-applikanti li nħossu li se jibbenifikaw l-iktar minn programm li jgħaqqad ħiliet tekniċi eċċezzjonali ma’ empatija liema bħalha biex tkun tista’ tieħu ħsieb pazjent. Dan il-kompitu huwa akbar milli tapprova professjonisti mediċi kkwalifikati, l-għan tagħna hu li nippreparaw ġenerazzjoni b’esperti fuq ħafna livelli. Attributi  li huma kkunsidrati bħala ħiliet personali bħalma hi s-sensittività għall-valur tal-pazjent, il-komunikazzjoni u l-feedback, sakemm fl-aħħar jimxu biex jagħtu l-aħjar kura tas-saħħa. Li wieħed dejjem itejjeb dawn il-kumplessi, li kultant jaf ikunu wkoll ta’ kunflitt, jistgħu jbiddlu professjonist tajjeb f’tabib eċċellenti.

Ċittadini madwar id-dinja qegħdin jimmoblizzaw u jħeġġu għall-kopertura universali tas-saħħa. Innovaturi qegħdin jesploraw modi ġodda kif tista’ twassal kura medika professjonali. Teknoloġiji moderni jsawru possibiltajiet ġodda fil-ġlieda globali kontra l-mard. Anki b’dawn l-isforzi, il-kwistjonijiet f’idejna ma jistgħux jiġu solvuti bin-numru baxx ta’ professjonisti mediċi li qegħdin jaħdmu bħalissa. EDU temmen fis-sod billi timmodernizza l-edukazzjoni medika tkun qiegħda tindirizza n-nuqqas li hawn tal-kura tas-saħħa billi tiffaċilita aċċess għal edukazzjoni medika f’reġjuni l-iktar bżonjużi.

 

Immodernizza + Iddiġitizza = Impatt

F’ħafna partijiet tad-dinja, inkluż ħafna reġjuni Ewropej, nuqqas serju ta’ tobba mħarrġa sew huwa ostaklu fundamentali għall-aċċess għall-kura tas-saħħa. Billi għaqqadna tagħlim diġitali mal-edukazzjoni medika, il-programmi ta’ studju tagħna huma kemm moderni u anki aċċessibbli. Barra minn hekk, billi nidentifikaw u nissapportjaw kandidati xierqa għal aċċess ta’ taħriġ mediku, aħna nkabbru tobba fi speċjalizzazzjonijiet differenti waqt li nikkontribwixxu wkoll għat-tkabbir sustenibbli ekonomiku u noħolqu xogħol li jservi.

Ingħaqad Mal-EDU Llum

Jekk lest li tisfida lilek innifsek u ssir l-aħjar professjonist mediku li tista’ tkun, aħna nixtiequ nsiru nafuk aħjar. Nistednuk li tikkommetti għall-kors ta’ studju rigoruż f’komunità b’esperti li jħaddnu l-istess ħsieb. Agħmel verament differenza fil-ġlieda kontra l-mard: Applika llum għall-programm ta’ degree fil-Kulleġġ tal-Mediċina mal-EDU.