Dan il-programm estensiv ta’ tliet snin jikkonsisti f’disa’ moduli u teżi ta’ baċċellerat. Huwa ħafna iktar minn sempliċiment preparazzjoni għall-programm konsekuttiv ta’ masters fil-mediċina. L-istudenti li jkunu kisbu l-baċċellerat tal-EDU jkunu ġabu bażi solida f’għarfien mediku bażiku.

Id-degree tal-baċċellerat tiġi mogħtija wara li tikseb il-190 krettu ECTS u t-teżi tal-baċċellerat tkun kompluta b’suċċess, normalment wara t-tliet snin ta’ studju. Wara li jitlestew b’suċċess il-moduli meħtieġa, l-istudenti jiggradwa għad-degree tal-Baċċellerat fil-Mediċina. Hija rikonoxxuta bħala ekwivalenti għal degrees mediċi oħra b’numru simili ta’ punti madwar l-Unjoni Ewropea u lil hinn.

It-triq Għall-eċċellenza

Waqt li hu diffiċli li wieħed isib tabib tajjeb, il-pazjenti faċli jirrikonoxxu tabib eċċellenti. Fl-EDU aħna naspiraw li l-istudenti tagħna jmorru lil hinn milli sempliċiment jgħaddu mill-assessjar meħtieġ; malli jiggradwaw, l-għan tagħna hu li l-istudenti jkunu l-aqwa u l-aħjar waqt li jkunu mexxejja soċjalment konxji fil-mediċina. Madankollu, li tikseb l-eċċellenza fil-mediċina umana tinkiseb biss minn tobba li jħaddnu bir-reqqa attributi notabbli ta’ kwalità. Dan il-programm jilqa’ applikanti li juru abbiltà li jiżviluppaw ħiliet li għandhom x’jaqsmu ma’ attributi tal-aqwa professjonisti mediċi kemm personali u anki professjonali.

Aħna nagħżlu b’mod kawt dawk l-applikanti li nħossu li se jibbenifikaw l-iktar minn programm li jgħaqqad ħiliet tekniċi eċċezzjonali ma’ empatija liema bħalha biex tkun tista’ tieħu ħsieb pazjent. Dan il-kompitu huwa akbar milli tapprova professjonisti mediċi kkwalifikati, l-għan tagħna hu li nippreparaw ġenerazzjoni b’esperti fuq ħafna livelli. Attributi  li huma kkunsidrati bħala ħiliet personali bħalma hi s-sensittività għall-valur tal-pazjent, il-komunikazzjoni u l-feedback, sakemm fl-aħħar jimxu biex jagħtu l-aħjar kura tas-saħħa. Li wieħed dejjem itejjeb dawn il-kumplessi, li kultant jaf ikunu wkoll ta’ kunflitt, jistgħu jbiddlu professjonist tajjeb f’tabib eċċellenti.