Ladarba l-moduli meħtieġa jkunu tlestew kollha b’suċċess, l-istudenti tagħna jirċievu l-grad ta’ Baċċellerat fil-Mediċina. Il-grad ta’ baċċellerat jingħata wara li jinkisbu l-190 kretti ECTS u t-teżi tal-baċċellerat tiġi kompluta, normalment wara tliet snin ta’ studju. Hu rikonoxxut bħala ekwivalenti għall-grad ta’ baċċellerat medikali b’numru ta’ kretti li huma simili madwar l-Unjoni Ewropea u bnadi oħra.

Issieħeb Fil-programm Tal-masters

Din l-akkredizzjoni tikkwalifika lill-istudenti biex jissieħbu fil-programm tal-masters fil-Kulleġġ tal-Mediċina tal-EDU (hu mistenni li jitniedi fl-2019). Il-grad ta’ masters hu meħtieġ biex tinkiseb il-kwalifika bżonjuża biex wieħed isir tabib mediku fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

Għażliet Alternattivi

Lil hinn mill-grad ta’ masters, il-Baċċellerat fil-Mediċina tal-EDU hija kemm grad akkademiku u anki kwalifika professjonali. Il-grad iġib numru ta’ għażliet ta’ karrieri flessibbli f’taqsima relatata fis-sistema tal-kura tas-saħħa, jiġifieri li ma tinkludix li tkun tabib mediku.

 

Meta wieħed ilesti l-baċċellerat mal-EDU, huwa possibbli impjieg f’diversi oqsma tas-sistema tal-kura tas-saħħa minn kumpaniji ta’ assigurazzjoni għal politika tal-kura tas-saħħa. Barra minn hekk, il-baċċellerat mill-istituzzjoni tagħna huwa utli f’dawn l-oqsma professjonali:

    • Ners tal-Adulti
    • Ners tat-Tfal
    • Xjentist tal-Kura tas-Saħħa, Ġenomika
    • Xjentist tal-Kura tas-Saħħa, Mediċina Molekulari
    • Lekċerer ta’ Edukazzjoni Ogħla

 

  • International Aid Worker

 

  • International Development Worker
  • Ners tas-Saħħa Mentali
  • Immaniġjar fi Sptar