Hemm ħafna affarijiet x’wieħed jistenna minn professjonist mediku kemm fuq livell soċjali u anki livell akkademiku. Il-proċess tagħna għalhekk jittestja għall-kompetenzi relevanti neċessarji għall-professjonisti mediċi biex jilħqu dawn l-aspettattivi. Xi ħaġa li tmur id f’id ma’ din hi li aħna nimmiraw li l-proċess tad-dħul ikun kemm jista’ jkun inklussiv possibbli waqt li xorta jħallina nsiru nafu kemm nistgħu minnkom possibbli.

Il-proċess Tad-dħul Fi Tliet Fażijiet

L-Ewwel Fażi: Is-sottomissjoni tal-applikazzjoni onlajn

Matul l-ewwel fażi l-kandidati jimlew kwestjonarju bijografiku u juru li jissodisfaw l-kriterji formali sabiex ikunu jistgħu jidħlu f’istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla (jiġifieri ċertifikat ta’ tmiem l-iskola). Ir-rekwiżit minimu għalina hu li l-kandidati jkunu għaddew kull suġġett li jkollhom fuq iċ-ċertifikat tat-tmiem l-iskola u ma jkunu fallew l-ebda wieħed minnhom.

Mal-irċevuta ta’ 180 EUR tal-ħlas biex tiġi pproċessata l-applikazzjoni, l-applikazzjoni tiegħek tiġi riveduta u dawk li jkollhom applikazzjonijiet kompluti jimxu għat-tieni Fażi.

 

It-Tieni Fażi: Tagħmel it-test onlajn

It-tieni fażi tal-proċess tad-dħul jikkonsisti f’test qasir onlajn, li hu pprovdut mill-ITBConsulting GmBH. Dan it-test ikejjel l-abbiltà tat-tagħlim u tal-kognitività ġenerali permezz ta’ materjal matematiku, verbali u viżwali spazjali u jippermetti li nikklassifikaw l-applikanti kollha skont kriterji oġġettivi.

It-test isir bl-Ingliż u jieħu madwar 45 minuta biex jitlesta. Kun af li dan it-test tista’ tagħmlu darba biss, jiġifieri ibda biss meta tkun lest.

Jista’ jinħass qisu eżami, iżda f’dan il-ħin għandek tipprepara għal opportunità biex teżamina l-kwalifiki tiegħek u kemm inti xieraq għall-istudju akkademiku fil-mediċina. M’hemm l-ebda għarfien speċjalizzat li huwa meħtieġ. Ir-riżultati tat-test humma evalwati b’tali mod li wieħed jara l-eliġibbiltà għall-programm ta’ studju. Biex tagħmel dan it-test, għandek bżonn kompjuter jew laptop b’connection tal-internet stabbli. Jekk jogħġbok tużax il-mowbajl biex tagħmel it-test u aċċerta li ma tiġix imfixkel.

Ladarba tlesti t-test onlajn b’suċċess u l-evalwazzjoni tar-riżultati tat-testijiet, kandidati magħżula jkunu mistiedna biex jagħmlu intervista onlajn fit-tielet fażi tal-proċess tal-applikazzjoni.

 

It-Tielet Fażi: Tiltaqa’ magħna f’intervista onlajn

Jekk magħżula, il-kandidati jimxu għat-tielet u l-aħħar fażi tal-proċess tad-dħul: L-intervista strutturata. Dawn l-intervisti jitmexxew minn intervistaturi mħarrġa apposta biex jassessjaw il-motivazzjoni u l-ħiliet personali tal-kandidati tagħna.

Dan huwa ż-żmien fejn l-applikanti u l-ammissjoni jkollhom opportunità wiċċ imb wiċċ biex isiru iktar familjari ma’ xulxin. Skont l-intervista, ir-riżultati tal-kandidati mit-test onlajn, u mid-dokumentazzjoni, l-aħjar applikanti jkunu mistiedna biex ikomplu.

 

 

 

Reviżjoni Tal-applikazzjoni

Għall-applikanti kollha li jgħaddu b’suċċess mit-tliet fażijiet u ladarba jkollhom l-irċevuta tal-ħlas tal-applikazzjoni tal-EDU, il-kumitat tad-dħul jibda jirrevedi l-applikazzjonijiet.

L-applikanti kollha jkunu kklassifikati fuq l-applikazzjoni ġenerali, bl-aħjar kandidati jiġu offruti post biex jistudjaw magħna fl-EDU. Offerti ta’ aċċettazzjoni jistgħu jieħdu sa għaxar ġimgħat minn meta tiġi pproċessata u titlesta l-aħħar fażi tal-applikazzjoni, u meta l-ħlas tal-applikazzjoni jsir. Kull informazzjoni tal-applikant jingħata sal-15 t’Diċembru 2018.

Matrikola U Abbord

Meta jiġu offruti post biex tistudjaw magħna, l-applikanti jintalbu jħallsu ta’ darba u li ma jingħatax lura, ħlas tal-matrikola ta’ 6,000 EUR. Dan il-ħlas iservi bħala konferma li l-applikant se jistudja magħna u l-ħlas ikun ridott mill-ħlas tat-tagħlim tal-ewwel sena. Ladarba nirċievu l-ħlas tal-matrikola, l-istudenti l-ġodda tagħna jibdew il-matrikola fil-programm.

 

Il-proċess tal-matrikola jinvolvi l-istudenti tagħna biex jingħatalhom in-numru ta’ student/a uniku tagħhom, l-indirizz tal-email tal-EDU, flimkien ma’ informazzjoni oħra pertinenti għall-bidu tal-istudji tagħhom magħna. L-istudenti jiġu introdotti mal-kollegi tagħhom u mal-ambjent ta’ tagħlim onlajn, jiffamiljarizzaw ruħhom mal-viżjoni għall-istudenti tal-EDU, u jibdew il-vjaġġ ta’ tagħlim.

L-applikazzjonijiet Huma Miftuħa

L-applikazzjonijiet huma miftuħa tliet darbiet f’sena. Id-data ta’ skadenza tal-ħarifa hi t-30 ta’ Settembru.