L-edukazzjoni tagħna toħloq u trawwem komunità diversa, lesta li tieħu l-impenn għall-kura tal-pazjenti, ispirata biex tmexxi mediċina bbażata fuq l-evidenza.

In-nuqqas fl-għażliet disponibbli ta’ edukazzjoni medika u n-nuqqas globali ta’ professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa hija kwistjoni ewlenija. Għaldaqstant, reġjuni iktar imbiegħda bħall-Afrika, l-Ewropa, u x-Xlokk tal-Asja huma l-aktar milquta minn dawn il-limitazzjonijiet. EDU għandha l-mira li tkun l-istituzzjoni diġitali ewlenija f’edukazzjoni ogħla fil-qasam tal-edukazzjoni medika. Aħna nagħmlu ħilitna biex nilħqu b’mod globali udjenza li hi ddedikata biex ittejjeb il-kwalità tal-edukazzjoni medika madwar id-dinja, billi nibdew fl-Ewropa, u nafu li tibda bi studenti b’abbiltà.

AĊĊESS GĦALL-TAĦRIĠ TAL-OGĦLA KWALITÀ

Billi nġibu edukazzjoni medika onlajn ta’ kalibru għoli, il-Baċċellerat fil-Mediċina tal-EDU huwa f’konformità mar-Raba’ Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti billi nindirizzaw dawn il-kwistjonijiet u b’hekk nagħtu spinta lill-parteċipazzjoni soċjali, jitnaqqsu l-ostakli tal-edukazzjoni formali u jiġu indirizzati l-limitazzjonijiet tal-kapaċità ta’ edukazzjoni ogħla f’pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.

Irrispettivament mill-post ġeografiku, bħala istituzzjoni edukattiva EDU timmira li tiżgura li dawk li għandhom il-passjoni, l-ambizzjoni u l-ħila biex isiru professjonisti mediċi għandhom aċċess għall-kwalità għolja ta’ taħriġ.

EDU huwa dwarek. Aħna għandna impenn li nżommu standards eċċellenti, tagħlim personalizzat u riżorsi għall-istudenti tagħna fuq livell dinji. Permezz tal-għarfien maqsum u minħabba li l-potenzjal tat-teknoloġija jippermetti, EDU hija mgħammra sew biex tieħu f’idejha din l-isfida globali billi tibda bi studenti eċċellenti li huma dedikati fuq il-qasam.

Minn Novembru tal-2018, l-ewwel grupp ta’ studenti se jkunu qegħdin jattendu l-Kulleġġ tal-Mediċina, u jistudjaw għal Baċċellerat fil-Mediċina.

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok irreferi għall-Manwal tal-Istudenti tal-EDU.