Imsieħba fl-iSptarijiet Mediċi għat-Tagħlim

Aħna kburin li nkunu msieħba ma’ sptarijiet għat-tagħlim li jissodisfaw l-ogħla standards ta' kwalità, u li jipprovdu tagħlim minn tim ta’ esperti għat-taħriġ prattiku waqt rotazzjonijiet kliniċi.

 

ĦARSA ĠENERALI

EDU u Helios Kliniken; Sħab Kburin

Bħala l-ewwel istituzzjoni Ewropea diġitali ta' edukazzjoni ogħla, aħna kburin li qed nniehdu l-programm innovattiv ta' Baċellerat tal-Mediċina fil-Ġermanja, bi sħab ma’ Helios Kliniken. Din is-sħubija twassal l-impenn ewlieni tal-EDU li tissieħeb ma’ sptarijiet għat-tagħlim madwar id-dinja, li jissodisfaw l-ogħla standards ta’ kwalità, u li jipprovdu għalliema professjonali u esperti għat-taħriġ prattiku waqt rotazzjonijiet kliniċi. ‘Il quddiem nittamaw li nħabbru aktar sħubija billi nkomplu l-espansjoni tagħna madwar l-Ewropa, l-Afrika u l-Asja.

Helios Klinikum Bad Saarow GmbH

Pieskower Str. 33, 15526 Bad Saarow, Germany  
+49 3363170

L-isptar Bad Saarow jinsab f'żona ta' konservazzjoni madwar 70km lejn ix-xlokk ta' Berlin. Aktar minn 126,000 pazjent jiġu kkurati ġewwa Helios Klinikum Bad Saarow, kull sena. L-ispeċjalisti jittrattaw pazjenti minn ħdan dixxiplini varji, speċjalment f’ċentri interdixxiplinarji. Il-Helios Klinikum Bad Saarow joffri 585 soddod f'17-il klinika, żewġ istituti, kamra ta' emerġenza ċentrali u laboratorju ċentrali.

Helios Klinikum Berlin-Buch GmbH

Schwanebecker Chaussee 50, 13125 Berlin, Germany  
+49 30 94010

Il-Helios Klinikum Berlin-Buch huwa wieħed mill-aktar sptarijiet kbar u moderni fir-reġjun. Kull sena, aktar minn 52,000 pazjent u aktar minn 144,000 outpatients jiġu ttrattati f'ċentri interdixxiplinarji bħal ċentru għall-kura tas-sider, ċentru għall-kura tal-musrana, ċentru perinatali, unità għall-puplesija u unità tal-Uġigħ fis-Sider. Il-klinika hija tripla ċċertifikata mis-Soċjetà Ġermaniża tal-Kanċer bħala ċentru onkoloġiku, u ċċertifikata mis-Soċjetà Ġermaniża tad-Dijabete.

Helios Klinikum Erfurt GmbH

Nordhäuser Str. 74, 99089 Erfurt, Germany  
+49 361 7810

Il-Helios Klinikum Erfurt b’1,300 sodod, huwa l-akbar sptar fir-reġjun. B'aktar minn 30 qasam speċjalizzati li jvarjaw minn kirurġija ġenerali sa ċentru tal-kura għat-tfal maħruqa fi Thuringia. L-isptar joffri kura sħiħa għal nies minn Erfurt u ż-żoni tal-madwar. Barra minn hekk il-Helios Klinikum Erfurt huwa sptar ta’ kura massima u jaħdem ukoll bħala sptar għat-tagħlim akkademiku fl-Isptar tal-Università ta’ Jena.

Helios Klinikum Hildesheim GmbH

Senator-Braun-Allee 33, 31135 Hildesheim, Germany  
+49 5121 890

Il-Helios Klinikum Hildesheim huwa b’566 sodda, l-akbar sptar f’Helios, reġjun tas-Sassonja t'Isfel. Kull sena, madwar 26,000 inpatients u 76,000 outpatients huma kkurati hawn. Fl-isptar, l-esperti jaħdmu flimkien f'varjetà ta’ ċentri ċċertifikati bħal m’huma ċentri għas-sider, kolon, ġilda u ċentru għal-ġilda. Barra minn hekk, Helios Klinikum Hildesheim huwa sptar għat-tagħlim akkademiku tal-Università tax-Xjenzi Applikati, f'Hannover.

Helios St. Elisabeth - Klinik Oberhausen GmbH

Josefstraße 3, 46045 Oberhausen, Germany  
+49 208 85080

Il-Klinika Helios St. Elisabeth Oberhausen hija arrikkita b’storja u tradizzjoni. Twaqqfet fl-1864 bħala l-ewwel sptar tal-belt ta' Oberhausen u minn dakinhar ġiet żviluppata bħala provveditur modern tal-kura tas-saħħa. L-isptar jaħdem mal-pazjenti tiegħu f'madwar 30 żona speċjalizzata u ċentri, mill-kirurġija tal-obeżità saċ-ċentru għat-terapija tal-uġigħ. B'kollox, madwar 200 sodda huma disponibbli għal inpatients, kif ukoll outpatients.

Helios Dr. Horst-Schmidt - Kliniken GmbH, Wiesbaden

Ludwig-Erhard-Straße 100, 65199 Wiesbaden, Germany  
+49 611 430

DKD Helios Klinik Wiesbaden twaqqfet fis-70ijiet u ġiet immudellata fuq il-Mayo Clinic f'Rochester bħala klinika għad-dijanjosi. Minħabba l-kooperazzjoni interdixxiplinarja ta' 24 dipartiment, il-kura tas-saħħa hija punt fokali ieħor tal-klinika. Il-fokus dijanjostiku ġie estiż fis-snin reċenti biex jinkludi l-ispettru kirurġiku fil-oqsma tal-kirurġija endokrinali, il-coloproctology, il-kirurġija tal-ftuq u l-kirurġija tax-shunt. B'kollox hemm 138 sodda għall-pazjenti u 60 sodod oħra għall-kura ta' kuljum.

Programm tal-Baċellerat tal-Mediċina

APPLIKA ISSA U IBDA F’MARZU 2019 - FADAL FTIT POSTIJIET BISS!

  Dħul ibbażat fuq ħiliet, mhux gradi (no NC)

  Tgħallem b'mod flessibbli onlajn minn esperti u prattikanti mediċi ta' klassi dinjija

Akkwista mill-bidu nett esperjenza prattika, fl-isptarijiet tat-tagħlim Ġermaniżi

Tgħallem fi gruppi żgħar b’appoġġ ta’ kuljum minn tutur u mentor